No. 5, Lion Street, Floriana, VLT16, Malta - Tel: (+356) 21 233 933
Caritas Malta Epilepsy Association

 

Introduzzjoni

L-epilepsija
u t-tfal

Epilepsija:
gwida
ghall-ghalliema

In-nisa u
l-epilepsija

Genituri
bl-epilepsija

l-epilepsija
u x-xoghol

L-epilepsija
fix-xjuhija

L-epilepsija
u l-hin liberu

L-epilepsija,
l-alkohol
u s-sewqan

 

 

Introduzzjoni

Ghandna 2000 raguni ghaliex qed nghaddulkom din l-informazzjoni. Daqshekk hawn Maltin li jbatu bl-epilessija (tal-qamar).

Kapaci tiltaqa' ma' bosta minn dawn in-nies kuljum u ma tindunax. Hlief ghal meta jtiehom attakk ta accessjoni, jidhru bhal haddiehor. Hawnhekk ukoll, mhux dejjem taghraf dak li qed tara, ghax ma tkunx taf li dawk il-mossi u movimenti li jkun qed jaghmel l-individwu huma kkagunati min xi kundizzjoni medika temporanja.
Minhabba nuqqas ta' taghrif ghandek mnejn tiehu azzjoni li biha iktar taghmel hsara milli gid.

Ghal dan il-ghan, jekk inti taghmilha ma' hafna nies u qatt ma tghallimt l-ewwel ghajnuna (first aid) fuq l-epilessija, dan it-taghrif, ghandu jghallmek tgharaf attakk ta' epilessija kif ukoll x'ghandek taghmel.

X'inhi l-epilessija?

L-epilessija hija kundizzjoni nevrologika. Hija terminologija li thaddan 20 tip ta' dizordni accessjonali kkagunat minn tibdil qasir u temporanju tal-funzjoni elettronika tal-mohh.
Dawn il-funzjonijiet hziena ta' ftit hin, ifissru li bejn ic-celloli tal-mohh tghaddi energija elettrika aktar qawwija min-normal. Dan jista' jeffettwa parti zghira tal-mohh jew is-sistema kollha.

Ghalkemm ma tistax tara x'inhu jigri gewwa l-mohh, xorta wahda tista' tara l-movimenti strambi tal-gisem, l-effett fuq il-konxju u l-imgieba li qed tigi kkagunata minn dik il-parti tal-mohh li qed tiffunzjona hazin. Dawn it-tibdiliet jissejhu accessjonijiet.

Hemm numru ta' kundizzjonijiet ta' sahha li jistghu jikkagunaw accessjoni. Ma' dawn insibu li persuna minn kull mijja tbati minn accessjoniet rikurrenti li jissejhu epilessija. Fl-adulti l-epilessija tista' tkun rizultat ta' korriment fir-ras - bhal f'xi habta bil-karrozza - jew tkun gejja minn tfulithom.

Tajjeb li wiehed ifakkar li l-epilessija ma tittehidx, fl-ebda eta'.

Tipi ta' accessjonijiet.

Il-forma li tiehu l-accessjoni tiddependi fuq liema parti tal-mohh mhux tiffunzjona tajjeb, kif ukoll fuq kemm hi kbira l-parti tal-mohh effettwata.

Meta wiehed jisma' l-kelma epilessija, normalment wiehed jassocjaha ma' accessjoniet 'tonici clonici' fejn l-individwu jsofri konvulsjonijiet, spasmi muskolari u jintilef minn sensieh. Forom ohra ta' accessjonijiet huma:

Absence seizure, jew accessjoni assenti, fejn l-individwu jiccassa fil-vojt ghal ftit sekondi. Dan it-tip huwa l-aktar komuni mat-tfal.

Partial seizure, jew accessjoni parzjali, li jirrizultaw f'movimenti involontarji ta' l-idejn u s-saqajn, sensazzjonijiet distorti, jew perijodu ta' movimenti awtomatici waqt li l-individwu ma jkunx jaf x'inhu ghaddej.

Ladarba dawn l-accessjonijiet ghandhom effetti differenti, daqstant iehor ikun hemm bzonn ta' azzjonijiet differenti mill-pubbliku. Uhud minnhom m'ghandhom bzonn l-ebda intervent.

Tghid tista tkun epilessija?

Tabib biss jista jghid jekk wiehed ghandux l-epilessija. Hafna nies ma jaghrfux sinjali sottili tal-kundizzjoni u ghalhekk jitilfu l-opportunita' ta' dijanjozi u trattamenti bikrija. Hawn taht imnizzlin indikazzjonijiet ta' epilessija, ghalkemm jistghu jkunu kkawzati minn xi haga ohra li m'ghandhiex x'taqsam. Jekk tezisti minn indikazzjoni wahdai, allura jkun hemm bzonn li wiehed ikellem tabib u jaghmel 'check-up'.

  • Perijodi ta 'blackouts' (telf ta' sens), jew memorja konfuza.
  • Perijodi qsar ta' telf ta' sens fejn wiehed jitlef il-kontroll fuq il-buzzieqa ta' l-awrina u l-imsaren. Wara, wiehed ihossu ghajjien hafna.
  • Fit-tfal, episodji qsar fejn jiccassaw u ma jirrispondux ghall-mistoqsijiet jew istruzzjonijiet.
  • Fit-tfal, waqghat, ghal l-ebda raguni.
  • Episodji ta' teptip ta' l-ghajn jew joghmodu fil-vojt.
  • Konvulzjoni, akkompanjati jew le bid-deni.
  • Fit-trabi, gemghat ta' caqliq mghaggla.

Gharfien ta' accessjoni l-ewwel ghajnuna.

Importanti hafna li wiehed jaghraf attakk ta' epilessija u jkun jaf x'ghandu jaghmel. Facli li wiehed jizbalja dan l-attakk ma' iehor ikkagunat min xi kundizzjoni ohra bhal dik ta' abbuz ta' drogi jew alkohol.

X'ghandek taghmel?

Minhabba li konvulzjoni tista' tixbah attakk ta' qalb, tista' tintuza teknika CPR fejn din m'hemmx bzonnha.

F'kas ta' konvulzjoni, importanti li wiehed izomm ruhu kalm. Kun cert li l-individwu mhux vicin ta' xi periklu bhal xi hgieg, nar, elettriku u affarijiet ohra li bihom jista' jwegga'.

  • Ressaq lill-individwu 'l boghod minn dawn.
  • Osserva dawn ir-regoli li gejjin u halli l-attakk jiehu l-process tieghu.
  1. Poggi mhadda (xi gakketta mitwija) taht ir-ras izda tipprovax izzomm il-movimenti tal-gisem.
  2. Qatt m'ghandek tpoggi xi haga bejn is-snien.
  3. Holl xi hwejjeg ma' l-ghonq li jistghu jkunu ssikati.
  4. M'ghandekx ghalfejn iccempel ghall-ambulanza jew tabib jekk ma tissuspettax 'status epilepticus' (accessjoni twila aktar min-normal).
  5. L-ewwel cans li jkollok, dawwar lill-persuna fuq gembu f'pozizzjoni ftit inklinata biex tghinu jiehu n-nifs u jigi f'tieghu. Imsah xi bzieq minn mal-halq.
  6. Wara li tistejqer, il-persuna tkun xi ftit konfuza - jekk tista' oqghod ftit mieghu ghal wens.

L-ewwel ghajnuna f'cirkostanzi specjali bhal:

Accessjoni fl-ilma.

F'kaz t'attakk fl-ilma, il-persuna ghandha tinhareg minnufih mill-ilma filwaqt li l-wicc u r-ras jinzammu 'l fuq mill-wicc ta' l-ilma. Kif tasal fuq l-art, ara jekk hux qed tiehu nifs u jekk le, ghandek tibda minnufih ir-respirazzjoni artificjali. Persuna li taghtha attakk fl-ilma ghandha tittiehed ghal check-up mediku anke jekk tidher li rkuprat sew. Dan minhabba li jekk belghat xi ilma, dan jista' jkun ta' hsara ghall- qalb u ghall-pulmun.

Accessjoni f'ajruplan.

Jekk l-ispazju jippermetti, il-persuna ghandha tigi minduda fuq gembha fuq zewg seats.

Kif terga' tistejqer, ghinha bil-qieghda fuq seat wiehed bid-dar imnizzel.

F'kaz li ma jkunx hemm spazju, nizzel id-dahar tas-seat taghha u meta tirrilassa ftit, dawwar il-persuna bil-mod fuq gembha.

Dejjem ghandek tara li r-ras ma tahbat ma' ebda haga iebsa. Ghalhekk ghandek tpoggi xi gvieret jew imhaded biex tilqghalha. Hu hsieb li l-angolu tar-ras u tal-gisem ma jostakolawx il-passaggi tan-nifs.

Accessjoni fuq xarabank.

Medd il-persuna fuq gembha u aghmel l-istess procedura kif semmejna fuq.
Ladarba tigi f'taghha, il-persuna tista tkompli l-vjagg taghha, jekk tkun tixtieq.

Meta tista' tkun emergenza medika?

Accessjoni konvulsiva f'persuna li m'ghandha l-ebda emergenza medika, tieqaf wara ftit hin ta' serhan. Dan it-tip ftit li xejn ikollu bzonn ta' ghajnuna. Kultant izda, ma tieqafx wehida u kif rajna qabel, hemm diversi kundizzjonijiet medici barra mill-epilessija li jikkagunaw accessjonijiet. Dawn jinkludu:

  • Dijabete.
  • Infezzjoni fil-mohh.
  • Ezawriment minhabba shana.
  • Tqala.
  • Invalenament.
  • Hypoglycemia.
  • Deni qawwi.
  • Daqqa jew ferita fir-ras.

Meta l-attakk ikun kontinwu, jew hemm wiehed minn dawn il-kundizzjonijiet, ikun hemm bzonn ta' attenzjoni medika immedjatament.

Iccempilx ghall-ambulanza jekk:

Jekk ma jkunx hemm bzonn, wiehed ghandu jevita li jcempel ghall-ambulanza ghax barra li dan is-servizz jiswa hafna flus, tkun qieghed tnaqqas is-servizz lil xi hadd li ghandu bzonnu aktar urgenti. Dawn il-punti ghandhom jghinuk tiddiecidi.

  • Jekk il-persuna jkollha fuqha xi identita medika li tghid "epilessija".
  • Jekk l-accessjoni tieqaf fi zmien anqas minn hames minuti.
  • Jekk il-persuna tigi f'taghha minghajr incidenti ohra.
  • Jekk m'hemm ebda sinjal ta' daqqa jew ferita fizika jew mentali kif ukoll tqala.

Ghandek iccempel ghall-ambulanza jekk:

  • l-accessjoni saret fl-ilma.
  • Il-persuna m'ghandha l-ebda identita medika u mhabba f'hekk inti ma tistax tkun taf jekk l-accessjoni hix wahda ta' epilessija jew le.
  • Mara tqila
  • Persuna dijabetika.
  • L-accessjoni ddum aktar minn 5 minuti.
  • Accessjoni wahda wara l-ohra.
  • Il-persuna ma tibdiex tistejqer wara l-waqfien tar-roghda.
  • Jekk l-ambulanza tilhaq tasal wara li l-persuna tkun stejqret, dejjem ghandek issaqsiha jekk l-accessjoni hix wahda ta' epilessija u jekk ghandhiex bzonn ta' kura medika.

Medicini wzati fl-epilessija

Kura b'medicini kontra l-epilessija jghinu 'l fuq minn 70% ta' nies li jbatu biex jghixu hajja minghajr accessjonijiet. F'dawn l-ahhar snin, bosta medicini godda saru aktar avvanzati u milqugha facilment minn min ghandu bzonnhom.

Ghaliex jigu preskritti l-medicini?

Filwaqt li d-drogi attwali ma jfejjqux l-epilessija, dawn jikkontrollaw u jwaqqfu l-accessjonijiet minghajr effetti mhux mixtieqa. Biex tasal ghal dan il-bilanc, ghandek mnejn tiehu xhur u gieli aktar. Matul dan iz-zmien ghandek mnejn thoss sintomi li jdejquk u li forsi jgieghluk taqta' qalbek. F'certu kazi l-kontroll ta' l-accessjonijiet ma jkunx komplut. L-importanti hu, li tkompli t-trattament u li zzomm nota tan-numru ta' accessjonijiet u xi effetti mhux mixtieqa tal-medicina. Dan jghin biex jinstab l-ahjar trattament ghalik.

Barra mill-medicina, m'hemmx trattament iehor ghall-epilessija?

Il-medicina hija l-qofol tat-trattament ghall-epilessija. Ghal uhud ghandha mnejn tigi ssuggerita operazzjoni. Kultant (specjalment fi tfal zghar b'epilessijja severa) dieta specjali tista' tghin.

Liema huma l-medicini l-iktar komuni ta' kontra l-epilessija?

Hemm numru ta' medicini stabbiliti li jigu preskritti ta' spiss. Jistghu jigu referuti bl-isem tal-kimika (generika) jew bit-'trade name' tad-ditta li timmanufatturhom (jidhru fil-brackets).

Isem tal-kimika Isem tad-ditta
  Carbamazepine   (Tegretol)
  Clobazam   (Frisium)
  Clonazepam   (Rivotril)
  Ethosuximide   (Zarontin)
  Gabapentin   (Neurontin)
  Lamotrigine*   (Lamictal)
  Phenobarbilone   (Luminal)
  Phenitoin   (Epanutin)
  Primidone   (Mysoline)
  Sodium Valproate   (Epilim)
  Tiagabine   (Gabitril)
  Topiramate   (Topomax)
  Vigabatrin   (Sabril)

Rectal diazepam' (suppositorji) ghandu mnejn jigi preskritt biex jintervjeni f'kaz ta' serje ta' accessjonijiet u jew f'kaz ta' 'status epilepticus' (accessjoni twila). Genituri jew carers jistghu juzaw 'rectal diazepam' fuq tfal ghaddejjin minn konvulzjoni bid-deni.

U medicini godda?

Ghall-ewwel, meta medicini godda jigu ntrodotti, ikollhom licenzja biss bhala zieda fuq it-terapijja ezistenti. Jigifieri tohodhom flimkien ma' medicini ohra ta' kontra l-epilessija. Dan minhabba li jkunu godda u ghad mhux maghruf x'effetti mhux mixtieq jista' jkollhom. Wiehed jistenna li jkollhom inqas effetti mhux mixtieqa minn dik il-medicina li wiehed ikun diga' qed jiehu. Jekk dan jigi ppruvat, tigi moghtija l-licenzja biex tibda tittiehed wahidha. Kaz bhal dan huwa tal-lamotrigine (Lamictal).

Kif tahdem il-medicina ta' kontra l-epilessija?

Din il-medicina tigi assorbita f'gismek. Id-demm imbaghad igorrha ghall-mohh fejn twaqqaf dik l-attivita' elettrika abnormali li tikkaguna l-accessjoni. Il-kontroll isir billi wiehed izomm l-ammont ta' droga fid-demm kostanti, bil-lejl u binhar. Dozi li ma jittehdux jirrizultaw f'nuqqas ta' medicina fid-demm u aktar accessjonijiet. Min-naha l-ohra, doza zejda ukoll tikkaguna aktar accessjonijiet. Ghaldaqstant huwa importanti li medicina bhal Tegretol, Retard, Epilim Chrono jittiehdu kif suppost ghax dawn huma drogi fformulati apposta li jinhallu ftit ftit matul il-hin biex izommu l-livell tal-medicina fid-demm kostanti matul il-jum. Dawn ghandhom vantagg li jittiehdu darba biss kuljum.

Xi nghidu fuq l-effetti mhux mixtieqa?

Medicini ta' kontra l-epilessija m'humiex vizzjuzi, izda bhal medicini ohrajn kultant ikollhom effetti mhux mixtieqa. Il-parti l-kbira tan-nies, jittolleraw il-medicini sewwa, izda tajjeb li wiehed joqghod attent ghal xi effetti u jirraportahom lit-tabib tieghu. L-effetti jistghu jinhassu huma ghejja, vizzjoni doppja, dardir, ugigh ta' ras, zieda fil-piz, telf ta' xaghar temporanju, raxx fil-gilda, hanek minfuh, swaba jirtghodu u telf ta' bilanc.
Hafna drabi dawn l-effeti jitnaqqsu billi tigi mqassma differenti d-doza ta' medikazzjoni fuq parir tat-tabib. Hanek minfuh jigi evitat jekk izzomm snienek indaf. Jekk izzomm ghajnejk fuq id-dieta, tista tevita zieda fil-piz.

It-tabib ghandu mnejn jbiddillek il- medicina qabel ma tibda t-tqala. Fuq kollox, folic acid ghandu jittiehed min-nisa kollha li qed jippjanaw li jkollhom tarbija, ghax dan ghandu effett protettiv fuq it-tarbija. Mara li diga' tqila ghandha tistharreg mat-tabib taghha l-ahjar triq li ghandha taghzel biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm problemi ghat-tarbija taghha. (tista tiehu aktar informazzjoni fuq in-nisa u t-tqala fl-epilessija minghand Epilepsy Association of Scotland).

Ghaliex tintghazel medicina minn ohra?

Minhabba li l-medicini ta' kontra l-epilessija ghandhom effetti differenti, uhud huma ahjar minn ohrajn ghal certu kazi. It-tabib jaghtik l-ahjar wahda ghalik wara li jkun ghamel id-dijanjozi tieghu fuq it-tip ta' epilessija li ghandek int. Ma dan kollu nzidu li mhux kull hadd jirrejagixxi l-istess ghall-medicini, allura ikun hemm ukoll bzonn li wiehed jipprova jara il-beneficcji li jiehu f'kontroll ta' l-epilessija kontra l-izvantaggi ta' effetti mhux mixtieqa. Ghandu jinstab l-ahjar bilanc biex tinstab l-ahjar medicina u l-ahjar doza. Ghal dan, wiehed irid iqis it-tip ta' epilessija, l-istorja medika ta' l-individwu, it-tip ta' hajja li wiehed ikun qed jghix, il-xoghol u xi medicini ohra li wiehed ikun qed jiehu.

Il-medikazzjoni normalment tigi forma ta' pilloli, ghalkemm ghat-tfal li jbatu biex jibilghu l-pilloli, hemm forom ohra bhal pilloli li jinhallu fil-halq u forma ta' mistura. L-ahjar hu li wiehed izomm dejjem l-istess forma ghax id-doza bejn pilloli u mistura ghandha mnejn ma tkunx l-istess.

X'inhu l-ahjar ammont ta' medicina li suppost niehu?

L-ahjar ammont biex wiehed jikkontrolla l-epilessija jvarja bejn bniedem u iehor. Doza korretta ta' l-ahjar medicina ghalik (kultant din tkun tahlita ta' aktar minn tip wiehed) tikkontrolla kompletament l-accessjonijiet f'aktar minn 70% ta' nies li jbatu mill-epilessija minghajr effetti mhux mixtieqa. Kif it-tfal jikbru u l-piz ta' gisimhom jizdied ghandu mnejn ikun hemm bzonn li tizdied id-doza. Jekk l-accessjonijiet ma jigux ikkontrollati mija fil-mija, it-tabib ghandu mnejn izidlek id-doza. Fl-ahhar ta' tqala ukoll ghandha mnejn tizdied id-doza. Fuq kollox dejjem ghandek tara tabib jekk jizdiedu l-accessjonijiet, kemm fil-qawwa kif ukoll fin-numru; ukoll jekk jizdiedu l-effetti mhux mixtieqa.

Ghandu wiehed ikejjel il-livell ta' medicina fid-demm?

Tajjeb li wiehed kultant ikejjel il-livell ta' medicina fid-demm. Dan l-aktar jiddependi mid-droga, kemm hi effettiva u x'effetti mhux mixtieq hemm. Fid-decizjoni tigi kkunsidrata xi medicini ohra li tkun qieghed tiehu kif ukoll l-istorja medika ta' hajtek. Uhud min-nies jassorbu l-medicina aktar malajr minn ohrajn u ghaldaqstant ikun hemm bzonn li jsir ezami tad-demm biex tinstab l-ahjar doza. Dan jista' juri jekk hix baxxa wisq biex tkun effettiva jew gholja zzejjed u ser ikun hemm effetti mhux mixtieqa. Dan jigri fil-kaz ta' medicini l-aktar stabbiliti bhal phenytoin (Epanutin) u carbazepine (Tegretol). Jekk l-accessjonijiet tieghek huma kkontrollati totalment minghajr effetti mhux mixtieqa, int ma jkollokx bzonn tkejjel il-livell ta' medicina fid-demm. F'medicini ohrajn bhal sodium valproate (Epilim), vigabatrin (Sabril), lamotrigine (Lamictal), gabapentin (Neurontin), topiramate (Topomax), u tiagabine (Gabitril), ezamijiet tad-demm mhux dejjem ikunu ta' ghajnuna ghax il-livell assocjat ma' kontroll tajjeb u ta' effetti mhux mixtieqa ivarja hafna bejn persuna u ohra.

Kif nista' nevita li naqbez doza?

Diga' rajna l-importanza li wiehed ma jaqbizx doza. Mhux facli li kulhadd jiftakar jiehu d-doza fl-istess hin kuljum. Tajjeb li wiehed iqabbilha ma' xi hin partikulari, bhal wara l-ikel biex jiftakar ahjar. Tajjeb ukoll li twarrab il-pilloli tal-jum kull filghodu, biex filghaxija tkun tista' tikkonferma li hadthom kollha. Tista' tixtri kaxxa zghira apposta, jisimha 'dosette'. Maqsuma f'seba' kompartimenti, wiehed ghal kull jum tal-gimgha. Kull kompartiment ikun maqsum f'erba', fejn tista tpoggi d-dozi tal-gurnata. Hemm min juza' arlogg ta' l-idejn bl-alarm.
Hi kif inhi, qatt m'ghandek tiehu sehem f'certu attivitajiet bhal sewqan ta' karozza, tghum wahdek jew tghodos etc. ghax jista jkun perikoluz hafna. Qatt m'ghandek tiehu medicina zejda wara accessjoni.

Jekk ser taghmel xi ljieli barra mid-dar, hu xi dozi zejda mieghek ghal li jista' jinqala'. Jekk ser issiefer, hu l-medicina mieghek, ghax mhux dejjem issib tixtriha barra minn Malta. Ikun ghaqli dak li jzomm fuqu ittra mit-tabib tieghu bi preskrizzjoni ghal xi kaz ta' emergenza. Lista ta' medicini u d-ditti tista' ggibhom mill-Epilepsy Association of Scotland. Dejjem zomm il-medicini fil-kaxxa originali taghhom.

Kemm hu necessarju li ndum taht kura?

Ma tistax tghid. Kull kaz huwa differenti. Uhud idumu taht kura hajjithom kollha, waqt li ohrajn ghal perjodu limitat. Jekk tkun ilek snin ma jkollok accessjoni, tajjeb li tkellem it-tabib biex tara tistax twaqqaf il-medicina, u x'effett jista' jkun hemm fuq sewqan, impjieg etc.

Hemm xi prekawzjonijiet ohra x'niehu?

Hafna alkohol ifixkel l-effett tal-medicina. Illimita ruhek. Zomm il-medicina fejn ma jistghux jilhquha t-tfal.

Hemm xi tama ghall-futur?

Illum hawn hafna aktar medicini minn qatt qabel. Qed isir studju u ricerki aktar u qed nifhmu aktar fuq il-bazi nevrokemikali ta' l-epilessija. Dan ser jikkontribwixxi aktar biex ikun hawn kontroll ahjar fuq l-accessjonijiet ghal aktar nies.

Il-Caritas Malta qed toffri l-ghajnuna taghha lill-epilettici Maltin u l-familjari taghhom bil-Caritas Malta Epilepsy Association. Dan il-grupp, fost l-attivitajiet tieghu, qed jaghmel kampanja ta' edukazzjoni biex titkabbar il-kuxjenza dwar din il-kundizzjoni u dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta l-epilettici.
Dan il-grupp qed jiltaqa' kull xahar u jattendu nies min kull livel u stadju ta' hajja. Fil-laqghat il-membri jaqsmu l-esperjenzi taghhom, b'mod kunfidenzjali, u huma jinghataw informazzjoni minghand kelliema specjalizzati f'aspett jew iehor tal-epilessija.

Il-grupp jiltaqa' fl-Ufficcju Centrali tal-Caritas Malta, 5, Triq l-iljun, Floriana fir-raba' Tlieta ta' kull xahar fis-6.00pm. Dawk kollha li jixtiequ iktar informazzjoni dwar dan il-grupp huma mitluba jcemplu fuq in-numru 21233933 u jistaqsu ghall-persuna responsabbli mill-Epilepsy Group.

L-epilepsijy u t-tfal
Back Up

X'inhuma accessjonijiet?

L-accessjoniet huma dizordni komuni fit-tfal u fl-adoloxxenti. Accessjonijiet jistghu jkunu kkagunati minn deni gholi jew marda li teffettwa l-mohh. Waqt accessjoni wiehed ma jkunx jaf x'inhu jigri u l-imgieba tieghu tinbidel. Accessjoni taf iddum ftit sekondi jew ftit minuti. Tista' tkun konvulzjoni, ticcassa ghal ftit hin, mossa involontarja jew sensazzjoni stramba.

Meta tghaddi l-accessjoni, il-mohh jerga' lura ghal li kien. Normalment, dan isir meta jinzel id-deni, jew il-marda tpassi.

Minna nnifisha, l-accessjoni ma tissejjahx epilessija.

L-accessjonijiet meta jissejhu epilessija?

Epilessija huwa l-isem moghti meta l-accessjoni taghti aktar minn darba li t-tfal li barra minn dan, huma f'sahhithom jew lil tfal li jkollhom xi kundizzjoni fizika li tikkaguna accessjoni minn hin ghal iehor.

Ghaliex kultant difficli taghraf l-epilessija?

Kieku l-konvulzjonijiet kienu kollha epilessija, ma kienx ikun hemm bzonn tinghata din l-informazzjoni. Hija tal-biza' ghall-genituri jaraw lill-uliedhom f'kunvulzjoni u din kwazi dejjem tispicca ghand it-tabib.
Izda konvulzjoni hija wahda biss mill-accessjonijiet li tfal jew zghazagh jista' jkollhom.

Hafna tipi ta' epilessija difficli taghrafhom ghax tant jiehdu ftit hin li tahseb li l-mossa kienet xi wahda normali minn taghhom. Dawn li gejjin huma whud mis-sinjali li jistghu jfissru li t-tifel qed taqbdu accessjoni.

  • Perijodi li fihom it-tifel ikun qisu fil-qamar.
  • Waqghat bla raguni,
  • Hinijiet qsar li fihom ma jkollok ebda rispons minghandu.
  • Qiesu stordut.
  • Nuqqas ta' rqad mhux tas-soltu u nervuz meta tqajmu mill-irqad.
  • Imejjel rasu 'l fuq u l-isfel.
  • Teptip mghaggla b'ghajnejh.
  • Igorr li affarijiet jidhru, jinxtammu u jintghamu strambi.
  • Waqtiet li fihom it-trabi jintefghu lura f'daqqa min bilqieghda.
  • Waqtiet li fihom trabi mimdudin jibdew jahtfu b'idejhom it-tnejn.
  • Ugiegh ta' zaqq f'daqqa li warajh ihossuhom konfuzi u ma jistghux jorqdu.
  • Mossi strambi repetuti.

X'sinjali ghandu wiehed ifittex fi tfal akbar u fiz-zghazagh?

Xi drabi l-accessjonijiet jibdew fiz-zghozija. Dawn ukoll difficli taghrafhom. Facli li titfixkel l-imgieba ma' dik ta' abbuz ta' alkohol jew droga. Dawn li gejjin huma imgieba jew sensazzjonijiet li jhossu.

  • Jiccassaw, u ftit wara jibdew joghmodu, ihossu l-hwejjeg, igorru minn taht l-ilsien u movimenti strambi.
  • Biza' f'daqqa wahda, rabja jew paniku ghal l-ebda raguni.
  • Spazmi muskolari ta' saqajhom, idejhom jew gisimhom specjalment filghodu.
  • Kultant jaraw, jisimghu, ixommu u jhossu l-affarijiet, strambi.
  • Waqtiet fil-memorja li ma jiftakrux.
  • Waqtiet li fihom jidhru sturduti u li fihom ma jikkomunikawx.

X'jista' jsir?

Meta zghazugh ikollu sintomi ta' accessjonijiet, tista' ssaqsieh kif ihossu u kemm jigrilu hekk ta' spiss. Fi tfal izghar, ikollok tiddependi fuq li tara. Dejjem ghandek tiftakar li mhux bilfors ibati mill-accesjonijiet ghax jaghmel wahda jew iktar minn dawk imsemmija hawn fuq. It-tfal kollha jiccassaw kultant. It-trabi jaghmlu hafna mossi strambi u ma jkollhom xejn. Gieli jaqghu fil-bidu meta jitilqu jimxu! Li trid toqghod attent ghalih hu mgieba ta' spiss izzejjed biex ma tkun xejn. Differenti li tifel waqa' darba ta' xejn milli l-hin kollu jaqa' ta' xejn. Fil-kaz ta' l-ahhar, wiehed ghandu jara tabib.

Jekk it-tifel jiccassa fl-ispazju kultant, imma jkun attent meta tkellmu, probabbli li m'hemm xejn hazin. Jekk jaghmilha ta' spiss, qis li tkellmu waqt li jkun iccassat; ipprova ara jekk jafx x'inhu ghaddej madwaru; missu bil-mod biex tigbidlu l-attenzjoni.

Jekk ma jkunx jaf x'inhu jsir madwaru waqt li jkun qed jiccassa (specjalment jekk l-ghalliem jghidlek li qed jaghmel l-istess fl-iskola), hudu ghall-ezami mediku. Ara jekk hux qed iteptep ghajnejh jew joghmod waqt li jiccassa u ghid lit-tabib.

Konvulzjoni mhix difficli taghrafha, izda jekk din tigri waqt l-irqad? Kif sejjer tinduna jekk dan jorqod wahdu? Normalment meta t-tfal ikollhom konvulzjoni, din tigi segwita b'raqda fil-fond. Jekk din taghthom filghodu kmieni, ikun difficli biex tqajjimhom. Barra minnhekk ghandu mnejn ikunu bin-nervi u difficli. Ghandhom mnejn xarrbu s-sodda u jgorru li lsienhom jew/u l-muskoli qed jugghuhom.

Izda jista' jkun li hemm ragunijiet ohra ghax qed ihossuhom hekk. Forsi nsew jaghmlu pipi qabel raqdu, forsi raqdu hazin u gibdu xi muskolu, forsi ghandhom xi afte f'halqhom etc. Jekk il-genituri jaraw li dawn qed jigru flimkien u ta' kultant, ghandhom jaraw tabib.

Fit-trabi accessjonijiet iktar difficli li tinduna bihom. Is-sinjali li semmejna qabel, bhal caqliq ta' ras l-isfel jintefa lura f'daqqa minn bilqieghda, htif b'idejhom it-tnejn, spasmi ta' muskoli etc, jistghu jkunu kolla mossi normali. Huwa meta tara li hemm xi haga mhux sewwa u li thassbek meta ghandek tara tabib dwarha.

Huwa importanti li taghraf kmieni s-sinjali ta' accessjoni. Kura bikrija hija l-ahjar cans ghall-izvilupp normali fil-futur.

Kultant it-tabib ukoll ma jaghrafhomx is-sinjali u la l-genituri ma jirraportaw xejn stramb, jassumi li kollox sewwa. Izda l-genituri jkunu hafna iktar spiss mat-tfal. Genituri li jaraw li hemm certu pattern, m'ghandhomx jistennew izda jiehdu opinjoni ohra minghand nevrologu.

Ghaliex importanti li tgharaf u tikkura accessjonijiet fit-tfal?

Tfal li baqa' jkollhom accessjonijiet ghax hadd ma nduna bihom, ghandu mnejn ikollhom problemi ohra meta jikbru, bhal:

Diffikulta' biex jitghallmu - ghax dawk il-hinijiet li fihom ikunu ccassati jitilfu parti mil-lezzjoni u ma jifhmuhiex. Imbaghad iktar jaqtghu qalbhom.

Riskju ta' sigurta' - meta tintilef f'daqqa u f'certu sitwazzjonijiet (waqt l-ghawm per ezempju) tista twegga'/tkorri.

Problemi fl-imgieba taghhom - id-dinja tidher imhawda ghalihom. It-tfal jibdew jitilfu hwejjeg li haddiehor ikun fehem; u dan ma jafux ghaliex.

Problemi socjali - ghax tfal/kbar ma jifmhux is-sitwazzjoni u jiskartawhom.


Harsien ghat-Tfal.

Biex tharsilhom sahhithom, dawk it-tips li semmejna ghal kbar, jghoddu wkoll ghaz-zghar. Ma' dawn, genituri li ghandhom xi tifel li tbati b'accessjonijiet, ghandhom ukoll jiehdu l-prekawzjonijiet li jiehu kulhadd, bhal xatba quddiem it-tarag, ma zzomx medicini u affarijiet ohra perikoluzi fejn jistghu jilhquhom, issodd plugs ta' l-elettriku etc.

Tajjeb li wiehed jghid li protezzjoni zejda ukoll hazin ghat-tfal, u ma jhalluhom jaghmlu xejn. Hija parti mill-izvilupp tat-tfal li jesploraw madwarhom u jippruvaw affarijiet godda. Bhala genitur, ghandek issib bilanc bejn helsien mill-periklu u protezzjoni zejda.
Dawn li gejjin huma xi tips biex wiehed jevita l-periklu, dejjem jiddependi fuq l-eta' tat-tfal, x'tip ta accessjoni ghandhom u kemm itihom ta' spiss.

  • Tissemma b'ghajnuna ta' apparat elettroniku, l-hsejjes fil-kamra tas-sodda taghhom.
  • Jekk is-sodod tat-tfal huma ta' tip fuq xulxin (bunk beds), raqqdu f't'isfel, jew fuq saqqu fl-art.
  • Tipprotegilhom rashom billi tlibbishom xi elmu.
  • Iccekkja ghandhomx xi ikel f'halqhom. It-tfal ihobbu jzommu l-ikel f'halqhom u dan jista' jkun ta' periklu li jifgaw specjalment jekk itihom accessjonijiet ta' spiss.
  • Aghmel lista ta' l-ewwel ghajnuna (first aid) fejn tarah malajr, bhal ma xi frigg. Maghha ikteb ukoll xi numri tat-telefon fejn wiehed jista' jsibek jew ta' xi hadd iehor li inti tkun trid l-ghajnuna minnu.
  • Jekk it-tifel ikun ser jorqod il-lejl ghand xi hadd, ghamlilhom lista biex tgharrafhom x'jistghu jistennew u x'ghandhom jaghmlu.
  • Jekk it-tifel ikollu episodju ta' status epilepticus (accessjoni li ma tieqafx, jew serje ta accessjonijiet), kellem tabib fuq x'ghandek taghmel f'kaz li terga' tigri. Accerta ruhek li kulhadd fil-familja jaf x'ghandu jaghmel.

Evita Protezzjoni Zejda.

Problema kbira ghal tfal ibatu minn epilessija, hija l-isforzi zejda li jaghmlu l-genituri biex jipproteguhom mill-periklu.

Uhud ma jhalluhomx jiehdu sehem f'attivitajiet li huma normali ghat-tfal, ghax jibzghu minn xi accessjoni , jew li ghax jezercitaw rwiehom jahsbu li jista jtihom attakk.

Din hija hasra ghal hafna ragunijiet. Tahbit zejjed m'ghandux x'jaqsam. Fil-fatt, studji juru li tfal li huma attivi ibatu nqas accessjonijiet.

It-tieni, it-tfal qed jigu eskluzi minn esperjenzi li jghinuhom fl-izvilupp ta' kapacita' li jaghmluha man-nies u kunfidenza fihom infushom. Thallihom b'sens li huma differenti u li mhumiex kapaci bhal haddiehor, taghmilhom dipendenti u zzommhom immaturi.

L-esperjenza li jiehdu l-iskola tghin lit-tfal bl-epilessija biex ikissru din il-protezzjoni zejda u izolament. Kemm jista' jkun ghandhom jigu nkuragguti biex jiehdu sehem fl-attivitajiet ta' l-iskola.

Ikun hemm bzonn li wiehed izomm ghajneh fuqhom sew meta tfal li jbatu b'accessjonijiet jiehdu parti fl-ghawm u fil-gym.

Komunikazzjoni bejn Ghalliema u Genituri.

Meta jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn l-ghalliema u l-genituri, l-ghalliem ihossu komdu li jsaqsi mistoqsijiet li jghinuh ghall-ahjar tat-tifel. Mistoqsijiet bhal:

  • X'tip ta' accessjoni ttih lit-tifel?
  • X'ghamla ghandhom?
  • Kemm ittih ta' spiss?
  • Kemm idum attakk?
  • Il-medicina ser tittiehed l-iskola?
  • Saru xi arrangamenti ghall-medicina?
  • Kellu esperjenzi ta' attakki l-iskola? Kif kienu?


Jekk it-tifel qed ikollu accessjonijiet imbieghda, jew ikkontrollati kompletament, din l-informazzjoni ghandha tkun bizzejjed. Jekk l-attakki huma ta' spiss, l-ghalliem irid isir jaf kif ghandu jimxi, u kif jista jispjega l-kundizzjoni lit-tfal l-ohra, jekk it-tifel jifhimx is-sitwazzjoni li jinsab fiha u jekk hux komdu jispjegaha hu lit- tfal l-ohra. Jekk it-tifel huwa kbir bizzejjed, jista' jiehu sehem fid-diskussjoni bejn il-genituri u l-ghalliem.

X'ghandek tghidlu lill-ghalliem?

Hija haga essenzjali li ghalliem ikun jaf bil-kundizzjoni ta' tfal li jbatu bl-epilessija. Dan huwa ta' gid ghall-edukazzjoni u zvilupp socjali tat-tfal.

  • Meta l-ghalliem jifhem il-kundizzjoni, din tghinu biex izomm il-kalma u jkun effettiv fl-ghajnuna li jaghti, kif ukoll joqghod attent ghal xi attivitajiet ta' accessjoni li ohrajn ma jarawhomx.
  • L-osservazzjoni li jaghmel jghinu fir-rapporti li jaghti lill-genituri biex dawn jahdmu ahjar mat-tabib taghhom ghall-kontroll ta' l-accessjonijiet.
  • La jkun jaf bil-problema, l-ghalliem joqghod attent li t-tifel ma jitlifx bicciet mill-lezzjoni.
  • L-iktar importanti hi, li ghalliem li jiehu hsieb u li jaf dwar il-problema, jkun kapaci jghin kontra l-impatt negattiv socjali, kif ukoll ghall-potenzjal akkademiku tat-tifel.

Epilepsija: gwida ghall-ghalliema
Back Up

Din l-informazzjoni hija mmirata lejn dawk l-ghalliema tat-tfal u adoloxxenti li ghandhom l-epilessija.

Minhabba li l-bicca l-kbira tat-tfal jiehdu l-edukazzjoni taghhom fi skejjel normali, il-probabbilta' hija li kull ghalliem jiltaqa' ma xi kaz fil-karriera tieghu.

Il- genituri mhux dejjem jinformaw lill-iskola, u hafna drabi jkun l-ghalliem li jinduna l-ewwel li t-tifel jkollu l-epilessija. L-importanza tar-rwol ta' l-ghalliema ma tistax titqies fl-ghajnuna li jistghu jaghtu biex jghinu lill-persuna u lill-klassi kollha tifhem u taccetta l-kundizzjoni.

X'inhi l-epilessija?

L-epilessija hija disruzzjoni fil-funzjoni elttro-kimiku tal-mohh li jista' jeffettwa nies ta' kull eta, intelligenza jew klassi. L-epilessija m'hix marda izda tista' tkun sintomu ta' xi disordni fizika. Madanakollu, il-kagun taghha, specjalment fit-tfal ghandu mnejn ma jkollu ebda spjegazzjoni medika.

Kif teffettwa lit-tfal?

Tikkawza li t-tfal ikollhom accessjonijiet. Apparti minnhekk b'manigjar sew, l-epilessija m'ghandhiex teffettwa lit-tfal b'ebda mod kemm id-dar kif ukoll l-iskola. Klassi tirreagixxi skond ir-reazzjoni kalma ta' l-ghalliem. Jekk dan ikun jaf kif ghandu jimxi ma jkunx hemm la biza' u l-anqas misthija. It-tip, numru u serjeta' ta' l-accessjonijiet, ivarjaw bejn bniedem u iehor u kull tifel jkollu bzonn li jigi mifhum individwalment.

L-epilessija tista' thassar jew tbiddel il-personalita'?

Wahidha le, izda l-kawza tad-dizordni tista teffettwa f'certu kazi. Fatturi ohra li jistghu jeffetwaw l-izvilupp hija li t-tfal jigu mwarrba, ma jifhmuhomx, protetti z-zejjed, jew jistennew izzejjed minnhom. Mhux tajjeb li tfissidhom fl-iskola jew fid-dar. Ghandhom jigu t-trattati bhat-tfal l-ohra. L-ghalliem m'ghandux jibza' li d-dixxiplina sejra twassal ghal xi attakk. Wiehed irid ikun attent ghal xi possibbilta' ta' xi accessjoni li tkun ghaddejja bla ma tigi nnutata.

Il-medikazzjoni kif tahdem?

Id-disinn tal-medicina huwa tali li jtella l-kimika necessarja biex tirrezisti xi stimulu ta' xi attakk ta' accessjoni. Tigi forma ta' pilloli jew kapsuli u fil-kaz ta' tfal zghar taht forma ta' mistura. Fl-imghoddi kienet tigi tittiehed erba' darbiet kuljum. B'teknika moderna, llum tittiehed filghodu u filghaxija biss. Hi x'inhi l-preskrizzjoni, hija essenzjali li t-tfal jiehdu d-doza korretta fil-hin korrett. Jekk ikun necessarju li l-medicina tittiehed l-iskola, jista' jkun li bil-misthijja t-tfal jistghu jrabbu stampa negattiva taghhom nfushom b'rizultati ta' nuqqas ta' potenzjal fil-futur. Ghaldaqstant huwa importanti li l-fatt li jiehu medicina ma npingulhomx stampa kerha f'mohhom.

Jekk it -tfal jizdidilhom in-numru ta' accessjonijiet, jew jidhru reqdin, jew attivi z-zejjed u mhux attenti, ghandu mnejn li hemm bzonn tinbidel id-doza. Ghalliem li jinnota dan ghandu jkellem lill-genituri.

Liema huma t-tipi ta' accessjoniet l-iktar komuni?

Tonic clonic seizures (dawk l-accessjonijiet li ma jiqfux, jew wahda wara l-ohra), jafu jkunu tal-biza' ghal min jarahom ghall-ewwel darba. It-tifel ghandu mnejn jghajjat xi ghajta (effett fiziku mhux minhabba biza' jew ugiegh) u jaqa' ma l-art. Il-muskoli jistiraw u jirrilassaw u jibdew movimenti konvulsivi qawwija. Bzieq mal-halq kultant bid-demm jekk jigdem lsienu jew il-genb ta' halqu. Kultant ikunu nkontinenti.

Din it-tip ta' accessjoni tiehu bosta minuti, u wara, it-tfal jirkupraw is-sensi. Ghandhom mnejn ihossuhom sturduti jew mifxula ghal xi minuti u kultant sieghat shah. Forsi jkunu jridu jorqdu jew jistriehu wara accessjoni. Ghalkemm allarmanti ghal min qed jaraha, din it-tip ta' accessjoni ma taghmel ebda hsara lit-tfal u mhix xi emergenza medika, sakemm ma jkunux wahda wara l-ohra, jew it-tfal ma gewx f'taghhom. F'dan il-kaz wiehed ghandu jfittex ghajnuna medika minnufih. Din il-kundizzjoni tissejjah 'status epilepticus'.

Complex partial seizures (accessjonijiet parzjali u kumplessi).

Din it-tip tigri meta parti biss tal-mohh tigi effettwata minn skariku eccessiv ta' elettriku. Ghandu mnejn ikun hemm movimenti nvolontarji bhal caqliq, tigbid tal- hwejjeg u tfaqqieh ta' xuftejn. It-tfal jidhru f'sensihom izda ma jkunux jistghu jitkellmu u l-anqas jirrispondu ghall-mistoqsijijet li jitpoggewlhom.

Absence seizure (accessjonijiet nuqqas ta' prezenza).

Dawn jistghu jghaddu bla ma hadd jinduna, la l-genituri u l-anqas l-ghalliema. It-tifel jkun qisu fil- qamar u jiccassa fil-vojt. Ghandu mnejn ikun hemm teptip ta' l-ghajnejn ta' sikwit. Barra minn dawn ma jkunx hemm sinjali esterni assocjati ma' accessjonijiet tonic clonic. Ghalkemm qosra, dawn il-perijodi li fihom ihossuhom imhawdin jistghu jkunu ta' sikwit. Kif rajna, minhabba li f'dawn il-waqtiet, it-tfal ma jkunux jafu x'inhu ghaddej madwarhom, la jaraw u lanqas jisimghu, dawn jistghu jirrizultaw fi problemi ta' taghlim, jekk hadd ma jinduna bihom, u ma jigux trattati.

Wiehed irid josserva l-accessjonijiet bil-kalma, u l-informazzjoni li jara jghaddiha lit-tabib li rari jinzerta accessjoni waqt li qed jezamina t-tifel. Koperazzjoni bejn l-ghalliema, l-genituri, s-servizz personali mediku ta' l-iskola u t-tabib tal-familja, tghin biex it-tfal ma jsirux adulti li mhumhiex kapaci jaghmluha man-nies.

X'naghmel jekk it-tifel jkollu accessjoni fil-klassi?

Ir-reazzjoni u l-kompetenza ta' l-ghalliem fil-klassi hija ta' importanza kbira biex tifel b'accessjoni jigi accettat minn shabu. F'kaz ta' accessjoni minghajr konvulzjoni, kull ma hemm bzonn huwa li wiehed jifhem is-sitwazzjoni u jaccetta bhallikieku m'hu xejn. L-ghalliem ghandu jkun attent ghal xi whud li jippruvaw jghaddu lit-tifel biz-zufjett, u jiehu passi necessarji, li jiddependu mill-eta' tat-tfal.

Jekk it-tifel jbati minn accessjonijiet tonic clonic, il-klassi tirrispondi skond l-imgieba kalma ta' l-ghalliem. Kun cert li t-tifel qieghed ' l boghod mill-periklu ta' xi haga taqta', jew tahraq jew apparat elettriku. Osserva dawn ir-regoli u halli l-accessjoni tiehu l-process taghha.

  • Poggi mhadda (xi gakketta mitwija) taht ir-ras izda tipprovax izzomm il-movimenti tal-gisem.
  • Qatt m'ghandek tpoggi xi haga bejn is-snien.
  • Holl xi hwejjeg ma l-ghonq li jistghu jkunu maghfusa.
  • M'ghandekx ghalfejn iccempel ghall-ambulanza jew tabib jekk ma tissuspettax 'status epilepticus' (accessjoni twila aktar min-normal).
  • L-ewwel cans li jkollok, dawwar it-tifel fuq gemu f'pozizzjoni ftit inklinata biex tghinu jiehu n-nifs u jigi f'tieghu. Imsah xi bzieq minn mal-halq.
  • Wara li jistejqer, it-tifel jkun xi ftit konfuz - jekk tista' oqghod ftit mieghu ghal wens.
  • Dejjem ghandek tinforma l-genituri li t-tifel kellu accessjoni.

Tifel li ghandu l-epilessija jista jippartecipa fl-attivitajiet ta' l-iskola?

Id-decizjoni dejjem ghandha tittiehed wara konsultazzjoni mal-genituri u tobba, izda meta jigi ristrett mill-attivitajiet ta' l-iskola it-tifel jista' jhossu, u jibda jidher differenti. B'attenzjoni m'hemmx raguni ghaliex ghandu jigi eskluz hlief forsi minn xi attivita bhal jitla' ma' hbula, jew slielem fil-gym, jekk ikun itih attakk ta' spiss. L-ghawm ghandu jigi nkoraggut u m'ghandux jikkawza problemi, sakemm dejjem ikun hemm xi hadd fl-ilma li jista' jghinu jekk ikun hemm bzonn. Fl-iskola m'ghandhiex tingibed attenzjoni specjali lejn tifel bl-epilessija.

Uhud mill-accessjonijiet jistghu jigu mibdija bit-televizjoni. Ta' min jiftakar waqt xi lezzjoni fejn ser jintuza t-televizjoni. Jekk joqghod 'il boghod, ikun bizzejjed bhala prekawzjoni.

In- nisa u l-epilepsija
Back Up

In-nisa li ghandhom l-epilessija ghandhom hafna mistoqsijiet fuq kif l-epilessija teffettwa sahhithom, fuq tqala u fuq sahhet uliedhom. Hawn ghandek issib informazzjoni generali li tghinek tifhem u tkun kapaci tistaqsi mistoqsijiet waqt il-vizti tieghek ma' t-tabib jew nevrologu.

Hemm xi relazzjoni bejn il-menstruwazzjoni u l-epilessija?

Ghal uhud min-nisa, l-accessjonijiet jizdiedu fi zmien il-menstuwazzjoni, ghall- ohrajn, l-accessjonijiet jigru f'dan iz-zmien biss. Ghad mhux maghruf fic-cert ghaliex, izda jahsbu li dan huwa minhabba li f'dak iz-zmien il-bdil fil-livell ta' hormones, ta' livell tal-medicina stess, tal-fluwidi tal-gisem kif ukoll it-tensjoni ta' qabel il-menstruwazzjoni, huma l-kagun. L-epilessija f'dan iz-zmien tal-menstruwazzjoni tissejjah catamenial epilepsy.

Jekk izzomm rekord tal-accessjonijiet, tkun tista' tiddentifika r-relazzjoni bejn il-frekwenza ta' l-accessjonijiet u l-menstruwazzjoni. Imbaghad it-tabib ikun jista' jghinek aktar fuq l-ahjar pjan ta' trattament.

X'taghmel mara bl-epilessija li tixtieq ikollha t-tfal?

Importanti hafna li tmur ghal parir ta' t-tabib, ghax kemm il-medicina u kemm il-kontroll tal-epilessija trid tigi studjata. Jekk tahdem id f'id mat-tabib, tkun qed tnaqqas ic-cans ta' xi riskju ghat-tarbijja fil-futur. Dan u zmien li fih int tistaqsi hafna mistoqsijiet importanti. Tiddejjaqx tistaqsi!

Qabel ma ninqabad tqila, ikun hemm bzonn ta' tibdil fil-medicina?

Huwa maghruf li waqt it-tqala, ahjar ma tittiehed ebda droga, inklus l-alkohol u t-tabakk. Izda n-nisa b'epilepsija attiva iridu jibqghu jiehdu l-medicina, ghax li jiehdu ir-riskju li jaqbadhom accessjoni huwa ikbar mirr-riskji assocjati mal-medicina ta' kontra l-epilessija.

Huwa mportanti li dawn in-nisa jitkellmu mat-tabib responsabbli ghall-kura, qabel ma jinqabdu tqal, jew ghall-inqas, kmieni kemm jista jkun wara li jinqabdu. Jekk ilu ma jtihom accessjoni iktar minn sentejn jew tlieta it-tabib ghandu mnejn jikkonsidra li jwaqqaf il-medicina.

Wiehed ghandu jikkunsidra l-effett li dan jista' jkollu fuq il-hajja ta' l-individwu, jekk dan jerga' jkollu xi accessjoni. Per ezempju l-licenzja tas-sewqan tigi rtirata, effett fuq il-post tax-xoghol ecc.

Jekk il-persuna ghad qed ikollha accessjonijiet, it-tabib jiehu hsieb li tkun qieghda fuq l-inqas doza ta' l-iktar medicina effettiva li taghti l-ahjar kontroll fuq l-accessjonijiet. Tibdil ta' medicini dejjem ghandhom isiru fuq parir u supervizjoni ta' tabib.

Uhud mill-medicini kontra l-epilessija huma assocjati aktar minn ohrajn ma' riskju ta' difetti fit-twelid. Pjanijiet ta' qabel tqala jghinu lit-tabib biex jezamina mill-gdid it-trattament u jekk hemm bzonn:

  • Ibiddel id-doza.
  • Ibiddel il-medicina u jistudja l-effett taghha.
  • Iwaqqaf il-medicina.

Fil-waqt li riskju ta' difett fit-twelid jezisti, 95% min-nisa b'epilessija jkollom tfal b'sahhilthom.

Waqt it-tqala, l-gisem juza iktar mill-medicina kontra l-epilessija, u l-livell tal-medicina fid-demm jista jaqa'. Ghalhekk ghandek ticcekkja d-demm regolarment, ghax ghandu mnejn li t-tabib izidlek id-doza.

X'jista' jsir biex jonqos ir-riskju ta' difetti fit-twelid?

Uhud mill-medicini kontra l-epilessija jistghu jzidu r-riskju ta' spina bifida (zvilupp abnormali ta' l-ispina li hafna drabi tikkaguna nuqqas ta' sahha fis-saqajn u nuqqas ta' kontroll fil-buzzieq ta' l-awrina). Jekk tiehu iktar folic acid qabel it-tqala, u ghall-ewwel tlett xhur ta' tqala, tista' tnaqqas ir-riskju.

Jekk iz-zomm dieta tajba, taghmel ezercizzju, u toqghod lura mill-alkohol u t-tabakk, tkun qed tghin biex tnaqqas ir-riskju.

It-tqala teffettwa fil-kontroll ta' l-accessjonijiet?

Uhud min-nisa jkollhom inqas, uhud ma jinbidlux, waqt li ohrajn isibhuha iktar difficli biex jikkontrollawha. Importanti li tavza lit-tabib fuq xi accessjoni li jtik waqt it-tqala. Status epilepticus u accessjonijiet twal fit-tqala jigu kkunsidrati bhala emergenza medikali.

Necessarju li nibqa' niehu l-medicina waqt tqala?

Huwa essenzjali li tibqa' tikkontrolla l-accessjonijiet, ghall-gid tieghek kif ukoll tat-tarbija. Li twaqqaf it-trattament jaf ikun iktar ta' riskju ghalikom it-tnejn, minn xi effett li jista' jkun hemm minn medicina ta' kontra l-epilessija.

X' taghmel f'kaz ta' tqala mhix ippjanata?

F'dan il-kaz ghandek tibqa' tiehu l-medicina u tkellem tabib kemm jista' jkun malajr. Supervizjoni tal-medicina waqt tqala ttik l-ahjar rizultat ghalik u ghat-tarbijja.

Mara bl-epilessija tista' tredda'?

Il-bicca l-kbira tan-nisa jkunu jixtieq jreddghu, u t-tabib ghandu jinkuraggihom.
Il-prezenza ta' medicina fil-halib tas-sider, f'kazi rari jikkawza problemi ghat-tarbija. Jekk it-tarbija tidher dejjem nofsa rieqda, kellem specjalista. It-treddiegh jaf jghajjik u nuqqas ta' rqad jista jirrizulta f'accessjonijiet f'uhud mill-ommijiet. Dejjem ghandek titkellem ma' tabib fuqhom.

Jistghu jizdiedu l-accessjonijiet waqt it-tqala?

Il-parti l-kbira tan-nisa, ma jizdidilhomx in-numru ta' accessjonijiet waqt tqala, izda ghal dawk li jizdidilhom (bejn 17% u 37%), din iz-zieda hafna drabi hija assoccjata mal-medicina ta' kontra d-droga li tkun qed titiehed kif suppost (jew mhix tahdem tajjeb minhabba rimettar), ma' nuqqas ta' rqad, jew ghax it-tqala qed tikkaguna l-livell ta' medicina fid-demm jinzel.

F'50% tan-nisa, l-epilessija tigi kkontrollata l-aktar ghax huma attenti li jorqdu bizzejjed u li jiehdu l-medicina regolarment.

X'inhu c-cans li jkollok accessjoni waqt il-hlas?

Bejn 1% u 2% tan-nisa biss ikollhom accessjoni 'tonic clonic', u bejn 1% u 2% ikollhom accessjoni fi zmien 24 siegha. Il-medicina ghandha tigi mehudha normalment waqt il-hlas. Twelid ghandu jsir fi sptar, u fil-kamra tat-twelid ghandhom ikunu jafu bl-epilessija u t-trattament li qed tiehu. Dejjem ghandek tiftakar li l-bicca l-kbira assoluta tan-nisa bl-epilessija jkollhom tqala normali bi twelid ta' trabi b'sahhithom.

Nkun nista niehu hsieb it-tarbija?

Jekk l-accessjonijiet huma kontrollati sew, l-epilessija ma tfixkilx wisq fil-kura tat-tarbija. Jekk l-accessjonijiet ma jkunux ikkontrollati sew, riskji jezistu, u dawn jiddependu min-natura ta' accessjonijiet li ghandha l-omm.

Jekk l-accessjonijiet jigu f'daqqa, ghandek tlibbes, tahsel u tbiddel lit-tarbija ma' l-art. It-tarbija qatt m'ghandha tigi mahsula f'ilma fond jekk l-omm stess tkun iktar zgura tahsel t-tarbija ma' l-art.

Genituri bl-epilepsija
Back Up

Introduzzjoni.

Hafna drabi l-wasla ta' tarbija gdida fil-familja tfisser taqliba fil-procedura normali tad-dar. Bhala omm bl-epilessija, ghandek bzonn tiehu hsieb sahhtek ahjar. Kull m'ghandek taghmel hu li tiehu ftit prekawzjonijiet biex tnaqqas ir-riskju ta' incidenti kif ukoll biex tnaqqas l-ansjeta' tieghek bhala omm. Uhud minn dawn li gejjin huma iktar relevanti minn ohrajn, skond it-tip ta' accessjonijiet li jtuk. Omm li ghandha acessjonijiet frekwenti u minghajr sinjali minn qabel, partikolarment jekk jintilef minn sensieha ghandha bzonn tiehu iktar prekawzjonijiet minn dik li jtuha ftit u thosshom gejjin.

Regoli generali ghall-harsien tas-sahha.

Hemm prekawzjonijiet normali li kull genitur ta' tarbija u tfal, jiehu. Dawn jghoddu ghal kull omm jew missier, sew jekk ghandhom l-epilessija jew le.

Uhud jaghmlu xatba fid-dahla tal-kcina biex jevitaw li t-tfal imissu xi bieba ta' xi forn jahraq meta tkun aljenata jew mitlufa minhabba xi accessjoni.

Hawn min jaghmel xi ostaklu quddiem il-forn biex jevita xi dizgrazzja ta' xi ilma jahraq etc. Xatba quddiem it-tarag hija idea tajba, u l-uzu tal-playpen huwa r-rakkomandat meta tkun qed tghaddi l-hwejjeg jew taghmel xi xoghol iehor tad-dar. Il-plakkek ta' l-elettriku ghandhom jigu mghottija bi plakkek tal-plastik.

Il-Banju.

Jekk tintilef waqt l-accessjonijiet, hija haga tajba kieku thalli l-hasil tat-tarbija ghal meta jkun hemm xi hadd id-dar. Hinijiet ohra tista' tuza sponza biss bit-tarbija fil-kot, jew fuq xi plastik fl-art, bil-friskatur ' l boghod biex ma tolqtux jekk taqa'. Gib babysitter li qieghed apposta biex izommlok it-tarbija f'posta waqt il-banju.

Il-Garr.

Jekk ituk accessjonijiet ta' spiss u f'daqqa, u tintilef minn sensijk, ikun ahjar li tevita li ggorr it-tarbija f'idejk jekk tkun wahdek. Tista' twahhal roti mall-carrycot u tmexxieh hekk.

L-Ikel

Kemm jekk int omm qed tredda' kif ukoll jekk int missier taghti l-bottle tista' tnaqqas ir-riskju li twaqqa' t-tarbija f'kaz li jtik accessjoni. Poggi bil-qieghda dahrek mal-hajt, u poggi mhadda kull naha biex it-tarbija tigi fuqhom jekk ihossok hazin. Jekk int dejjem taqa' fuq l-istess naha, zomm it-tarbija fuq in-naha l-ohra, biex jekk taqa' ma tigix fuqha. Hafna mil-highchairs tista' tbaxxihom u tghollihom. F'kaz ta' tarbija ikbar fl-eta', zommu fil-baxx kemm jista' jkun u poggi bil-qieghda fl-art hdejh waqt li titimghu.

Bdil ta' Hrieqi.

Il-Bdil tal-hrieqi ghandu jsir ma' l-art fuq bicca plastik, ghax it-tarbija tista'ddur u taqa' minn fuq xi ghamara jew sodda jekk jaghtik hass hazin. Kemm jista' jkun oqghod gharkubbtejk fil-genb meta qed tbiddillu biex tevita li taqa' fuqu f'kas ta' accessjoni.
Medicini.

Hafna ommijiet jibzghu li l-medicina taghhom tghaddi ghand it-tarbija waqt it-treddieh. Din tkun negligibbli u mhux ser teffettwa lit-tarbija. Tkellem mat-tabib u hu parir.

It-tfal ihobbu jimitaw lill-kbar. Thallix il-pilloli fejn jilhquhom, ghax jippruvaw jaghmlu bhalek.

Barra mid-dar.

Meta tkun qieghda barra bill-pram, tkun idea tajba li torbot xi cinga bejn idejk u l-pram. Dan biex il-pram ma titlaqx wehidha f'kas li ttik accessjoni. Ic-cinga ghandha tkun twila bizzejjed li int ma tigbidx il-pram u taqliba meta taqa'.

Riedni jzommu lit-tfal milli jitilqu wehidhom jekk itik hass hazin fit-triq, u t-tfal dejjem ghandhom ikollhom identifikazzjoni fuqhom ghal li jista jkun jintilfu. Ghandek ukoll tipprova tghallimhom biex jibqghu hdejk meta jtik hass hazin, sa kemm tigi f'tieghek.

Kif ser nispjega l-epilessija lit-tfal?

It-tfal ser jallarmaw rwiehhom meta jarawk tintilef b'accessjoni jekk ma jkunux jafu biha. Mela importanti li int tispjega lit-tfal kemm jista' jkun kmieni, u dejjem izzid l-informazzjoni huma u jikbru.

Relazzjonijiet.

Il-migja ta' tarbija dejjem tkun xi ftit jew wisq ta' stress bejn il-genituri. Dan l-istress jizdied jekk il-genituri jkunu anzjuzi fuq l-effett ta' l-epilessija fuq il-familja. Tajjeb li tkunu miftuhin ma' xulxin u tghidu dak li qed thossu. Dan jghin biex tonqos it-tensjoni u l-istress. Il-genituri ghandhom jikkunsidraw il-bzonnijiet ta' xulxin. Genituri ghandhom mnejn ihossuhom 'l boghod mit-tarbija minhabba l-prekawzjonijiet li qed jiehdu meta jkunu wehidhom, u forsi jkollom bzonn ta' xi hin li jzommu u jhaddnu t-tarbija meta l-genitur l-iehor jasal id-dar.

Konkluzjoni.

Bhala genitur bl-epilessija, int tkun diga' qed tiehu l-prekawzjonijiet id-dar qabel il-wasla tat-tarbija. Il-kura u l-attenzjoni mehtiega biex tassigura sahhet it-tarbija minn xi incident hija estensjoni ta' dawk il-prekawzjonijiet li int tkun diga' hadt. Zieda fil-familja ghandha tkun ta ferh u m'ghandhiex tigi mgharrqa b'hafna ansjeta' zejda. Jekk ghandek x'jinkwetak, ikkuntattjana.

l-epilepsija u x-xoghol
Back Up

Il-bicca l-kbira ta' min ibati bl-epilessija, ghandhom l-hila jzommu l-impieg b'success. Huwa minnu li l-epilessija taf tohloq problemi x-xoghol u whud isibuha iebsa li jsijbu mpjieg li fih juzaw il-kapacitajiet u l-esperjenza taghhom. Ftit huma dawk l-impiegi li b'ligi ma jistax jokkupahom individwu li ghandu l-epilessija kontrollata. B'daqxejn pacenzja u perseveranza ghandek issib impieg ghal qalbek li fih tuza it-talenti u l-esperjenza tieghek.
Hawn ghandek issib ftit pariri tajba ghal persuna li qed tfittex ix-xoghol, izda nkwetata fuq l-impatt li jista jkollha l-epilessija. Jekk ghandek bzonn iktar pariri fuq dan is-suggett, ikkuntattjana.

X'nghidlu lill-imghallem tieghi?

a) It-tip ta epilessija li ghandek u kif teffettwak, inkluz kemm itik ta' spiss u meta jtik.
b) Jekk thosshiex gejja minn qabel.
c) Kemm idumu normalment l-accessjonijiet.
d) X'suppost isir jekk ittik accessjoni.

Uhud mill-imghallmin ftit jafu fuq l-epilessija. Forsi jahsbu li ma tistax thaddem kompjuter jew VDU (vision display unit) minhabba fotosensittivita' (tkun sensittiv ghal dawl iteptep). Huwa xoghlok li tispjegalu l-fatti kif inhuma b'mod rilassat.

U n-nies li nahdem maghhom, x'nghidlhom?

Ladarba tkun sibt impjieg, int trid tiddeciedi x'ser tghidilhom lil shabek tax-xoghol. Ahna nahsbu li l-ahjar hu li tkun onest. Jekk dawn ikunu jafu li ghandek l-epilessija u kif ghanhom jagixxu f'kas li jtik accessjoni, ikun hemm inqas problemi ta' misthija u ansjeta'.

Ahseb sew biex titghallem iktar. Iktar ma tkun taf iktar ahjar biex tkun minn ta' quddiem ghal xi impjieg, sew jekk ghandek l-epilessija jew le.

Hemm xi xoghol li ma nistax naghmel?

Iva. Hemm xoghol li bil-ligi ma tistax taghmel jekk ghandek epilessija. Hemm impjiegi ohrajn li huma ggvernati minn regolamenti tas-sahha (per ezempju trid tkun ilek ma jtik accessjoni ghal perijodu ta' zmien qabel ma tkun tista tapplika). Ir-regoli li jiggvernaw ix-xoghol jistghu jiddependu fuq jekk kellekx l-epilessija qabel m'applikajt ghax-xoghol, jew zviluppatlekx wara li kont diga bdejt tahdem. Ir-regoli huma kkumplikati u jistghu jinbidlu. Ghaldaqstant dawn il-pariri huma biss generali.

Impjiegi suggetti ghal certu regoli jinkludu: piloti ta' l-ajru, xufier ta' ambulanza, forzi armati, gwardja tal-kosta, brigata tat-tifi tan-nar, LGV/PCV, xufier tat-taxi, bahri, infermier, qaghbla, pulizija, servizz fil-habs, ghalliem fi skola tal-gvern. Certu impjiegi jistghu jkunu ta' periklu ghal min ghandu l-accessjonijiet mhux kontrollati. Dawn jinkludu xoghol:

  • F'gholi m'hux protett.
  • Fejn ilma miftuh.
  • Elettriku mikxuf u gholi.
  • Ma' tfal zghar jew trabi.
  • Li jirrikjedu safar ta' spiss.
  • Ma' magni jew apparat mhux protett.
  • Fuq jew vicin ta' karrozzi/trakkijiet/lifters/cranes ecc f'moviment
  • Ma' xi kimici jew nirien, fran jew hotplates.
  • Fejn tkun wahdek.
  • Fejn hemm hwejjeg ta' valur kbir u li huma fragli.

Il-parti l-kbira tan-nies bl-epilessija jistghu jahdmu minghajr inkwiet ghall-harsien ta' sahhithom. Certu impjiegi izda, huma iktar ta' riskju jekk l-accessjonijiet huma ta' sikwit, jinvolvu hass hazin u jigi f'daqqa minghajr avviz.

L-impjiegi jistghu jsiru aktar sikuri bi ftit ta' tibdil.

Min ihaddem huwa obbligat bil-ligi li jaghmel dan it-tibdil.

Bi ftit attenzjoni u tibdiliet zghar jista' jsir hafna gid

Ghid lill-shabek tax-xoghol x'ghandek u x'ghandhom jaghmlu bhala l-ewwel ghajnuna. Dan ixejjen xi biza' u xi ideat hziena li seta' kellhom fuq l-accessjonijiet.

Itla gholi li minnu tista' taqa' bla periklu, specjalment fuq art tal-konkos; sakemm ma tkunx protett b'xi elmu jew cingi.

Waqt xoghol li jsir vicin ta' magni, ara hemx fatturi ta' sigurta' bhal tifi awtomatiku jew xi hadid ta' sigurta' madwar il-magna.

Ipprova sib xoghol b'sieghat konsistenti, biex ma tigix nieqes mill-irqad.

Jekk int sensittiv ghal teptip ta' dawl, ipprova illimita ruhek quddiemu. Kultant hares in-naha l-ohra, uza nuccali bi hgieg iswed jew blu.
L-istress itik accessjoni? Ghandek hafna stress fix-xoghol tieghek? Jekk hu hekk, fittex metodi li tista tnaqqas l-istress.

Jekk ix-xoghol tieghek jehtieg lbies protettiv, uzahom.

Zomm imhadda zghira f'xi kexxun u ghid lil shabek biha, biex ikunu jistghu ipogguha taht rasek jekk ittik xi accessjoni.

Zomm tibdila ta' lbies fuq ix-xoghol ghal li jista' jkun jithammgulek dawk ta' fuqek waqt xi accessjoni.

L-epilepsija fix-xjuhija
Back Up

X'inhi l-epilepsija?

L-epilessija hija l-iktar dizordni nevrologika komuni u teffettwa lil nies ta' kull eta'. Huwa importanti li wiehed jifhem li l-epilessija hija disordni fizika iktar milli mentali.

Kulhadd jaf kemm huwa kompless u sensittiv il-mohh. Ic-celloli tal-mohh jahdmu flimkien b'sinjali elettrici.

Kultant jigri li jkun hemm skarigu abnormali minn xi grupp ta' celloli, u dan jirrizulta f'accessjoni.

Hemm bosta tipi ta' accessjonijiet u dawn jitqassmu f'zewg taqsimiet.

  1. Accessjoni generali li teffettwa l-mohh kollu.
  2. Accessjoni parzjali li teffettwa parti biss mill-mohh.

Il-forma ta' accessjonijiet li jkollok jiddependu minn f'liema parti tal-mohh qieghed id-disturb u kemm infirex.

Hafna mill-accessjonijiet huma ta' hajja qasira u m'ghandhomx bzonn attenzjoni medika.

Lili, fl-eta' tieghi?

L-epilepssija taf teffettwa lil kulhadd, u fi kwalunkwe eta'. L-iktar zminijiet li jsiru dijanjozi taghha huwa bejn l-eta ta' taht l-20 sena u 'l fuq minn 60 sena.

Il-kaguni jistghu jkunu bosta. Meta d-dijanjozi ta' l-epilessija ssir f'eta' kbira, din tkun kagun ta' xi puplesija, attakk tal-qalb, mard nevro-vaskulari jew jitbaxxa l-ammont ta' demm li tiela' fil-mohh. Minhabba li n-nies qed jghixu eta' ikbar, in-numru ta' nies effettwati qed jikber u qed jirrizulta f'iktar nies li jbatu bl-epilessija f'dan il-grupp ta' eta'.

It-tabib tieghek ikun iktar jista' jghidlek il-kagun ta' l-epilessija tieghek. Hafna drabi ghalkemm isiru bosta ezamijiet, xorta wahda ma jsirux jafu r-raguni.


Inhossni differenti qabel jew wara accessjoni?

Dawn huma whud minn sensazzjonijiet assocjati ma' accessjonijiet.

1) Prodrome - sensazzjoni li tigi qabel accessjoni. Sensazzjoni vaga jew xi emozzjoni ntensifikata li turi xi disturb zghir fl-attivita' elettrika tal-mohh. Hafna drabi din is-sensazzjoni tizdied fuq perjodu ta' sieghat jew anke granet sa kemm fl-ahhar ittik accessjoni.

2) Aura - eventwalita' qasira li fiha ttieghem jew ixxomm stramb. Tista' wkoll tisma' xi bicca muzika li taf jew tisma' xi hoss li ma jezistix.

Fill-fatt, Aura hija accessjoni minnha nnfisha, izda tista' tkun ta' avviz li d-disturb jista' jimxi u jikkawza accessjoni maggura b'telf tal-konxju. Ittik cans li tghid lil xi hadd x'ser jigrilek jew tilhaq tpoggi jew timtedd x'imkien.

Wara accessjoni xi whud ihossuhom ghajjenin u jorqdu; jew mugughin ghax il-muskoli jkunu hadmu hafna. Kultant ihossuhom konfusi, dizorjentati u jinsew.

Kultant ikun hemm ukoll inkontinenza. Ghal dan hemm fejn tiehu pariri u ghajnuna.

Xi drabi, wara accessjoni hemm minn ihossu li ma jistax icaqlaq xi parti minn gismu ghal xi hin qasir; dan huwa rari. Ghal hafna min-nies, l-accessjonijiet jigu bla avviz, jiehdu hin qasir, u ma jkollhom ebda effetti hziena . Wara importanti li tiftakar li l-epilessija hija differenti minn persuna ghal ohra, u ghalhekk l-esperjenzi jkunu differenti.

Hemm xi trattament?

Il-bicca l-kbira ta' nies bl-epilessija, ghandhom l-accessjonijiet ikkontrollati bil-medicina.

Tajjeb li tkun taf fuq it-trattament li qed tiehu. Dawn huma xi suggerimenti li tista' tiddiskuti mat-tabib tieghek.

  • Ghalfejn qed tiehu medicina kontra l-epilessija, u kemm se ddum tohodha?
  • L-importanza li tiehu l-medicina ezatt kif giet peskritta.
  • L-akohol jista jnaqqaslek mill-effett tal-medicina.

L-iskop tal-medicina huwa li jwaqqaf l-accessjonijiet minghajr effetti mhux mixtieqa. Uhud minn dawn l-effetti jinkludu nuqqas ta' rqad, dardir, ma tkunx sod fuq saqajk u titkellem qisu qed jehillek lsienek. Ghandek tkellem lit-tabib tieghek jekk thoss xi wahda min dawn. Ghal dawk il-ftit pazjenti li ma tahdimx fuqhom il-medicina, ghandha mnejn tigi rokkomandata operazzjoni. Ohrajn isibu terapiji kumplimentarji bhal aromatherapy ta' beneficcju ghalkemm l-effett taghhom ghad irid jigi pprovat.

Kif jista' jghin haddiehor?

Probabbli li thossok xi ftit koncernat u anzjuz fuq l-epilessija li ghandek. Daqstant iehor il-familja tieghek kif ukoll hbiebek.

Hemm toroq prattici fejn il-familja u l-hbieb jistghu jghinuk.

L-ewwel iridu jifhmu l-epilessija tieghek. It-tieni jridu jkunu jafu x'ghandhom jaghmlu meta ttik accessjoni.

Hu prekawzjonijiet semplici fid-dar biex tnaqqas ic-cans li twegga'.

Kif ser inhoss li ghandi l-epilessija?

Huwa importanti li tibqa' tghix bhallikieku m'ghandek xejn, u tkompli taghmel affarijiet li thobb taghmel.

Jekk ikollok epilessija, il-hajja ghandha tibqa' miexja normali. Jekk tibda tinkwieta fuq xi problemi li nholqu minhabba l-epilessija, tista' ssib appogg fis-support grupp lokali, mill-esperjenza ta' ohrajn li ghexu bl-epilessija.

Jekk tkun koncernat li l-epilessija ser teffettwa xi affarijiet f'hajtek, bhal safar, ghawm jew kura tan-neputijiet ecc. tista tevita l-inkwiet billi tiehu ftit prekawzjonijiet u taghmel xi tibdiliet zghar 'l hemm u 'l hawn.

Jekk taccetta l-kundizzjoni tieghek, tkun qed tghin ruhek biex thossok ahjar u terga' tkabbar il-kunfidenza fik innifsek.

Zomm rekord ta' l-accessjonijiet.

Zomm rekord fi djarju tal-attakki u x'jigri qabel, waqt, u wara l-accessjonijiet; bl-informazzjoni li taghti lit-tabib, ikun jista' iktar isiblek l-ahjar doza u medicina biex tikkontrolla l-epilessija. Dan barra li jkollok stampa ahjar tal-kundizzjoni tieghek. Taf tghinek ukoll issib jekk hemmx xi haga li qed tikkawza l-accessjonijiet. Ez. meta tkun ghajjien, stressjat jew imdejjaq ecc. Jekk tkun taf b'dawn tkun tista' tevitahom. Ftakar, li hafna nies m'ghandomx x'jikkawzalhom l-accessjoniet, u ghalihom dawn jigu f'habta w sabta.

X'nista' nistenna mit-tabib tal-familja?

Probabbli li l-ewwel persuna li tmur ghandu wara l-ewwel accessjoni huwa t-tabib tieghek. Dan jirreferik ghand konsulent ghal dijanjozi u trattament. Il-kura tieghek imbaghad ghandha tkun ghand it-tabib tieghek. Dan ghandek tarah ghall-inqas darbtejn f'sena. Huwa jerga' jirreferik ghand il-konsulent ta' l-inqas darba fis-sena jekk jibqghu jtuk l-accessjonijiet. Jekk tosserva xi bdil fl-eplessija tieghek, ez. effetti mhux mixtieqa tal-medicina, accessjonijiet jizdiedu fil-qawwa u/jew frekwenza, ghandek tkellem lit-tabib.

Meta tmur ghand it-tabib jew konsulent ghandek tiehu mieghek:

  • Li xi hadd li ra l-accessjonijiet tieghek u li jkun jista' jispjega lit-tabib dak li ra.
  • Id-djarju tal-accessjonijiet tieghek.
  • Lista ta' mistoqsijiet li tixtieq taghmel.
  • Lista ta' medicini ohra li tkun diga' qed tiehu inkluz dawk li tixtri bla preskrizzjoni.

Hemm bzonn nghid lil xi hadd?

Hafna nies jaghmlu din il-mistoqsija. L-ahjar tkun fil-miftuh biex jekk ittik, tevita xi misthija u stress. Hafna nies jippreferu ma jghidu lil hadd partikolarment jekk l-accessjoniet ikunu kkontrollati totalment bil-medicina. Nies li taghmilha maghhom fuq ix-xoghol jew socjalment, jafu jifhmu s-sitwazzjoni iktar milli tahseb. Jistghu jkunu ta' ghajnuna jekk ikunu jafu biha u x'ghandhom jaghmlu jew lil min ghandhom jghajtu ghall-ghajnuna.

Hemm xi prekawzjonijiet li nista' niehu ghal harsien ta' sahhti niehu?

Tajjeb li jkollok mobile phone.

Tista' tuza' safety pillow specjalment jekk ituk accessjonijiet waqt l-irqad.

Prekawzjonijiet ohra huma hgieg doppju fit-twieqi tad-dar, xatba quddiem it- tarag.

Meta tghum, mur mal-hbieb jew ghid lifeguard tas-swimming pool, jekk l-epilessija tieghek m'hix kontrollata.

Tajjeb li tilbes xi brazzuletta jew katina ta' identita' jew xi karta li jkollha informazzjoni fuq l-epilessija tieghek. Din tghin lil hadd iehor biex ikunu ta' ghajnuna, f'kaz li ttik f'xi post pubbliku. B'daqshekk tkun iktar konfidenti meta tkun 'il boghod mid-dar.

L-epilepsija u l-hin liberu
Back Up

Individwi bl-epilessija xorta ghandhom jghixu hajja attiva u mimlija u jgawdu attivitajiet ohra tal-hin liberu.

L-ghawm u l-epilessija.

Kulhadd ghandu jitghallem jghum ghall-harsien ta' sahhithom stess. Nies bl-epilessija partikolarment it-tfal jigu restritti minn hafna affarijiet, izda sport bhall-ghawm ghandu jibqa' miftuh ghalihom. Uhud mit-tfal li ghandhom l-epilessija ghandhom ko-ordinazzjoni batuta u jkun difficli ghalihom biex jaghmlu sport iehor. Ghalhekk l-ghawm huwa iktar ta' beneficcju ghalihom.

Kemm hi perikoluza accessjoni fil-bahar?

Jekk hija kontrollata, il-periklu huwa minimu. Ghalkemm incidenti fatali gieli graw, dawn huma rari. Saru studji fl-Australja u fil-Hawaii fejn sabu li incidenti fejn wiehed ghereq minhabba l-epilessija kienu baxxi. Tfal b'dizabbilita' mentali jew fizika iktar kienu f'riskju li jeghrqu.

Jista' jkun hemm aktar sigurta' fl-ghawn ghal min ghandu l-epilessija?

Iva, billi taghraf il-problema. Lit-tfal hallihom ighumu, basta ma' xi hadd responsabbli li jkun b'sahhtu u kapaci, bhal xi hadd kwalifikat fil-lifesaving. Dan irid ikun ukoll, jaf jaghraf accessjoni fil-bidu taghha, kif ukoll izomm lill-persuna f'wicc l-ilma fil-fond. Jekk le, allura l-ghawwiem ghandu jghum f'ilma li jilhaq lill-lifeguard.

Kif taghraf accessjoni fl-ilma.

Oqghod attent ghal xi nuqqas ta' ko-ordinazzjoni fil-movimenti tal-persuna. Fil-bidunett ta' accessjoni whud mill-ghawwiema jibqghu jaghmlu dak li kienu qed jaghmlu izda l-qadfa taghhom titlef il-ko-ordinazzjoni u tibda' ssir dizorganizzata. Jibda jitlef id-direzzjoni u jista' jsir caqliq ta' ras involontarju.

X'tista taghmel fuq accessjoni?

L-iktar importanti huwa li zzomm il-wicc 'il fuq mill-ilma. L-ahjar hu li tersaq lejn l-ghawwiem minn wara. Jekk tista' ressaq lill-persuna lejn il-baxx, u zommlu rasu sakemm jghaddi l-attakk. Fl-ilma inqas jista jwegga' milli fuq l-art sakemm qed jiehu n-nifs tajjeb.

Wara l-konvulzjoni, l-ghawwiem ghandu jinhareg mill-ilma. Jekk ma jkunx qed jiehu nifs, ghandek taghmillu l-artificial respiration malajr. Dawk li jbatu b'accessjonijiet tonic clonic (dawk l-accessjonijiet li ma jieqfux jew ittihom wahda wara l-ohra), ghandhom jigu sorveljati iktar b'attenzjoni, u f'dan il-kas huwa iktar mehtieg li l-ghassies ikun jaf x'ghandu jaghmel.

Ghalkemm l-Absence seizures (dawk l-accessjonijiet li fihom jiccassa u qiesu mhux hemm) huma qsar, l-ghawwiem xorta jista' jeghreq. Tajjeb li wiehed ikun jaf jaghti l-ewwel ghajnuna (first aid) f'kazi ta' accessjonijiet tonic clonic.

Hemm bzonn ta' assistenza medika?

Le, sakemm ma jkunx hemm bzonn ta' artificial respiration, ma jkunx hemm korriment u li l-persuna ma tibqax ittiha wahda wara l-ohra minghajr ma tigi f'taghha (status epilepticus). Dan huwa rari izda huwa wkoll ta' emergenza medika u ghandek tfittex l-ghajnuna medika.

Punti generali.

  • Ftit isiru accessjonijiet fl-ilma.
  • Tajjeb li jkun hemm xi hadd attent ghall -ghassies kif ukoll ghall-ghawwiem specjalment jekk l-ghassies ma jkunx jaf isalva n-nies mill-gharqa. F'dan il-kas, l-ghawwiem ghandu jghum fejn jilhaq lill-ghassies.
  • Kultant ahjar li l-ghassies joqghod vicin l-ilma. Hekk ikun jista' jara ahjar u jkun ta' ghajnuna iktar malajr.
  • Nies li ghandhom epilessija jridu josservaw zewg punti:
    a) ma jghumux jekk ma jhossuhomx tajjeb u,
    b) jaghzlu hinijiet kwieti u jevitaw granet li jkun hemm hafna nies.
  • Ikun tajjeb jekk l-ghawwiem jilbes xi tip ta berritta kkulurita, ghalkemm wiehed jifhem li l-adulti ma jkunux iridu jigbdu l-attenzjoni lejhom.

Sports akwatiku.

Sports bhal sailing, kenura u windsurfing m'ghandux jigi pprojbit, dejjem sakemm ikun hemm xi hadd li jaf jaghti l-ewwel ghajnuna f'kas ta' accessjoni. Huwa perikoluz hafna li wiehed jinzel taht il-bahar bil-maskra jew bic-cilindri. Dan ghandu jigi evitat.

Discos u nightclubs.

Dawn huma parti mill-hajja socjali taz-zghazagh. Dwal iteptpu jistghu jikkagunaw accessjoni f'dawk in-nies li jkunu fotosensittivi. Din il-forma ta' epilessija hija rari u tista' tigi dijanjozata b'ezami tal-E.E.G. Hija wkoll facli biex tikkontrollha bil-medicina. Wiehed li jkun fotosensittiv jista' jghin ruhu billi jghatti ghajnejh meta jkun hemm teptip ta' dwal.

Television u loghob tal-komputers.

Screens elettronici huma parti mill-hajja tal-lum. Dawn jistghu jkunu ta' problema ghal dawk li l-accessjoni fotosensittiva taghhom ma tistax tigi kkontrollata. Huwa suggerit li wiehed jiehu pawza minnhom ta' kultant hin, bhala prekawzjoni biex ma ttikx accessjoni.

Xorb fil-kumpannija.

Li kultant tiehu grokk, u tiehu medicina kontra l-epilessija, mhix problema. Trid tiftakar li l-alkohol inaqqas mill-effett tal-medicina. Ghaldaqstant trid tillimita ruhek ghax jekk tixrob iz-zejjed, jista' ttik accessjoni.

Safar.

Waqt titjira ahjar tghid lill-cabin crew minn xiex tbati. Jekk wiehed ikun anzjuz jew jibza' jtir, jew ikun ghajjien imhabba l-jetlag (id-differenza tal-hin bejn pajjiz u iehor), dawn ghandhom mnejn jikkagunaw accessjoni. Huwa importanti li tiehu mieghek medicina bizzejjed ghal tul iz-zmien tas-safar, ghax ghandek mnejn issibha difficli tixtriha fejn tkun. Hafna mill-ismijiet tad-ditti tal-medicini jkunu differenti f'pajjizi ohrajn. Tajjeb li zzomm fuqhek xi kitba li turi li ghandek l-epilessija kif ukoll il-medicina li qed tiehu.

L-epilepsija, l-alkohol u s-sewqan
Back Up

Nista' nixrob alkohol jekk ghandi l-epilessija?

Wiehed li jbati bl-epilessija irid ikun iktar attent fil-konsum tal-alkohol. Ir-ragunijiet huma dawn:

  • L-alkohol inaqqas mill-effett tal-medicina, u l-livell ta' medicini fil-vini taf tinzillek tant li ma jigux kontrollati l-accessjonijiet.
  • Ammont kbir ta' likwidi, inkluz il-birra, cider ecc jista' jwassal ghall-accessjoni f'persuna bl-epilessija.
  • Xorb zejjed huwa wkoll assocjat ma' rqad tard. Nuqqas t'ikel, rqad jew li tinsa tiehu l-medicina jzid ir-riskju ta' accessjoni.

It-tobba mhux kollha jaqblu fuq ix-xorb ghal wiehed li ghandu l-epilessija. Uhud minnhom jghidu li ghandu jigi evitat dejjem, waqt li ohrajn jghidu li tista' tiehdu fil-moderazzjoni minghajr hsara. Id-decizjoni f'idejn dak li jkun, basta jzomm f'rasu l-pariri tat-tabib.

Tajjeb li tiftakar, li wiehed li jiehu medicina li jahdmu fuq il-mohh, ikunu iktar sensittivi minn ohrajn ghall-effett tal-alkohol. Dan ifisser li int trid tiehu inqas alkohol minn dak l-ammont suggerit ghal haddiehor biex tkun tista' ssuq. F'hinijiet ohrajn, oqghod attent kemm qed tixrob.

Jekk ghandi l-epilessija, nista' nsuq?

Wiehed li ser isuq ghall-ewwel darba, ghandu jimla d-dettalji ta' l-applikazzjoni kollha. Meta jsir hekk, jibghatulek formola ohra li tistaqsi ghall-informazzjoni fuq l-epilessija. L-informazzjoni tintalab ukoll minghand it-tabib tieghek. Licenzja tas-sewqan tigi mghotija jekk l-affarijiet mehtiega jkunu sodisfacenti u jkun ilu ma jaghtik accessjoni ghal sena, u li ma jkunux ta' periklu ghall-pubbliku.

Prekawzjonijiet ghal sewwieqa bl-epilessija.

L-ghajja, l-hin tal-gurnata u l-medicina li wiehed jista' jkun qed jiehu ghal xi haga jew ohra, jeffettwaw lil kulhadd. Is-sewwieq bl-epilessija huwa iktar sensittiv ghal dawn l-affarijiet. Ghalhekk ghandu jiehu iktar attenzjoni. Dawn huma xi prekawzjonijiet li wiehed ghandu jiehu:

  1. Issuqx ghal tul ta' hin jekk int ghajjien.
  2. Toqghodx ghal tul ta' hin minghajr ikel jew irqad, specjalment jekk qed issuq fuq xi motorway jew bil-lejl.
  3. Issuqx jekk insejt tiehu l-medicina.
  4. Issuqx waqt bdil ta medikazzjoni, bhal xi tnaqqis ta' doza jew twaqqif ta' medicina. It-tabib ghandu jghidlek meta tista' terga' tibda ssuq.
  5. Jekk tista', ssuqx waqt li jkollok xi effetti mhux mixtieqa li mhux thossok komdu ssuq bihom.
  6. Tixrobx alkohol qabel is-sewqan. Ftakar li anke ammonti zghar inaqqsu mill-effett tal-medicina, u jeffetwa il-kapacita' tieghek fis-sewqan, bhal riflessi baxxi ecc.
  7. Jekk int sensittiv ghal teptip ta' dawl uza nuccali tax-xemx tajjeb kontra l-effett ta' bejn id-dell u x-xemx.